3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/31
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Chafiq Ayadi vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-183/12 P) (1)
(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet marbuta ma’ Usama ben Laden, man-netwerk Al-Qaida u mat-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati - Interess ġuridiku)
2013/C 225/52
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Chafiq Ayadi (rappreżentanti: P. Moser, QC, u M. E. Grieves, barrister, b’mandat minn M. H. Miller, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn E. Regan SC u minn N. Travers, BL)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tal-31 ta’ Jannar 2012, Chafiq Ayadi vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-527/09) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 269, p. 20) — Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet ikkonċernati
Dispożittiv
(1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-31 ta’ Jannar 2012, Chafiq Ayadi vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-527/09) huwa annullat inkwantu jiddeċiedi li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiemha minn Chafiq Ayadi.
(2)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ terġa’ tiddeċiedi fuq ir-rikors għal annullament ta’ Chafiq Ayadi.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 194, 30.6.2012
Full & Egal Universal Law Academy