3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/32
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial de Braga — il-Portugall) — Impacto Azul, Lda vs BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA, Bouygues Imobiliária, SGPS, Lda, Bouygues Immobilier SA, Aniceto Fernandes Viegas, Óscar Cabanez Rodriguez
(Kawża C-186/12) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjonijiet - Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom - Esklużjoni tal-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Assenza)
2013/C 225/53
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial de Braga
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impacto Azul, Lda
Konvenuti: BPSA 9 — Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA, Bouygues Imobiliária, SGPS, Lda, Bouygues Immobilier SA, Aniceto Fernandes Viegas, Óscar Cabanez Rodriguez
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Judicial de Braga — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi r-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom fir-rigward tal-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent lejn il-kredituri tas-sussidjarji tagħhom għall-kumpanniji parent li għandhom is-sede tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy