11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — SFIR — Società fondiaria industriale romagnola SpA, Italia Zuccheri SpA, Co.Pro.B. — Cooperativa Produttori Bieticoli Soc. coop. Agricola, Eridania Sadam SpA vs AGEA — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali
(Kawżi magħquda C-187/12 sa C-189/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 320/2006 - Regolament (KE) Nru 968/2006 - Agrikoltura - Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Kunċetti ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” u ta’ “żarmar sħiħ”)
2014/C 9/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SFIR — Società fondiaria industriale romagnola SpA, Italia Zuccheri SpA, Co.Pro.B. — Cooperativa Produttori Bieticoli Soc. coop. Agricola, Eridania Sadam SpA
Konvenuti: AGEA — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU 2008, L 335M, p. 29) kif ukoll tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (ĠU 2008, L 322M, p. 183) — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna sħiħa — Kunċetti ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” u ta’ “żarmar sħiħ” — Possibbiltà għall-fabbriki taz-zokkor, tal-isoglukożju u tal-ġulepp tal-inulina, li jingħataw l-għajnuna sħiħa fil-każ li jżommu faċilitajiet li ma humiex marbuta mal-produzzjoni ta’ tali prodotti, iżda li huma użati għal prodotti oħrajn
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2007, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 320/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet ta’ dawn l-artikoli, il-kunċett ta’ “faċilitajiet ta’ produzzjoni” jinkludi s-silos li huma intiżi għall-ħażna ta’ zokkor tal-benefiċjarju tal-għajnuna, u dan indipendentement mill-fatt jekk jintużawx ukoll għal użu ieħor. La s-silos li jintużaw biss għall-ħażna ta’ zokkor, prodott skont il-kwota, li jkun inħażen minn prodotturi oħra jew li jkun inxtara mingħand dawn tal-aħħar u lanqas dawk li jintużaw biss għall-ippakkjar jew għall-imballaġġ taz-zokkor għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu ma jaqgħu taħt dan il-kunċett. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel tali evalwazzjoni, każ b’każ, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi jew tal-użu reali li jsir mis-silos ikkonċernati
(2)
L-eżami tat-tielet u r-raba’ domandi fil-Kawża C-188/12 u tat-tieni u t-tielet domandi fil-Kawża C-189/12 ma kixef ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 320/2006 u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 968/2006.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy