3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/32
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria — l-Ungerija) — Alakor Gabonatermelő és Forgalmazó Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-191/12) (1)
(Nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa kollha fuq il-valur miżjud indebitament imħallsa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi r-rimbors tal-VAT minħabba t-trasferiment tagħha fuq terz - Kumpens fil-forma ta’ għajnuna li tkopri parti mill-VAT li ma tistax titnaqqas - Arrikkiment indebitu)
2013/C 225/54
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alakor Gabonatermelő és Forgalmazó Kft
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Kúria Budapest — Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Sussidju li joriġina minn fondi pubbliċi għal xiri ta’ beni, li jiffinanzja wkoll il-VAT tax-xiri li ma tistax titnaqqas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi r-rimbors tat-taxxa minħabba t-trasferiment tagħha fuq terz
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ rimbors tat-taxxi miġbura fi Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix li dan l-Istat jirrifjuta li jirrimborsa parti mit-taxxa fuq il-valur miżjud, li t-tnaqqis tagħha kien ġie pprojbit permezz ta’ miżura nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, minħabba li din il-parti tat-taxxa kienet ġiet issussidjata minn għajnuna mogħtija lill-persuna taxxabbli u ffinanzjata kemm mill-Unjoni kif ukoll minn dan l-Istat, bil-kundizzjoni li l-piż ekonomiku relatat mar-rifjut tat-tnaqqis tal-VAT ikun ġie kompletament innewtralizzat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy