3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/33
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-193/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Identifikazzjoni inkompleta taż-żoni vulnerabbli - Kontenut eċċessiv ta’ nitrati - Ewtrofikazzjoni - Obbligu ta’ reviżjoni ta’ kull erba’ snin)
2013/C 225/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u B. Simon, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues u S. Menez, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3(1) u (4) u tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68) — Identifikazzjoni inkompleta taż-żoni vulnerabbli — Kontenut eċċessiv ta’ nitrat — Ewtrofikazzjoni — Reviżjoni ta’ kull erba’ snin inkorretta
Dispożittiv
(1)
Billi ma indikatx bħala żoni vulnerabbli diversi żoni kkaratterizzati mill-preżenza ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art li huma affettwati minn kontenut eċċessiv ta’ nitrati u/jew minn fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni, jew li hemm ir-riskju li jiġu hekk affettwati, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3(1) u (4) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, kif ukoll l-Anness I tagħha.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy