8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-196/12) (1)
(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Deċiżjoni tal-Kunsill - Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni - Nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà)
2014/C 39/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister)
Suġġett
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas illegali tal-Kummissjoni li tadotta l- proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom — Rifjut li jiġu adattati l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għall-postijiet ta’ assenjazzjoni — Ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI tagħhom.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 184 23.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy