4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-198/12) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Suq intern tal-enerġija - Trasport tal-gass - Regolament (KE) Nru 715/2009 - Artikoli 14(1) u 16(1) u (2)(b) - Obbligu li tiġi żgurata kapaċità massima - Kapaċità virtwali ta’ trażmissjoni tal-gass fis-sens oppost - Ammissibbiltà))
2014/C 253/06
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, S. Petrova, O. Beynet u T. Scharf, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: D. Drambozova, E. Petranova u J. Atanasov, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 14(1) u 16(1) u (2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, p. 36) – Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fis-suq ta’ kapaċità massima – Assenza ta’ interkonnessjoni fiżika bejn is-sistema ta’ tranżitu u s-sistema nazzjonali ta’ trażmissjoni ta’ gass – Ftehim intergovernattiv li jikkostitwixxi ostakolu għall-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kapaċità massima – Portata tal-obbligu msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy