14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Sumitomo Chemical Co. Ltd vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-210/12) (1)
(Drittijiet tal-privattivi - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Direttiva 91/414/KEE - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq b’urġenza bis-saħħa tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva)
2013/C 367/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sumitomo Chemical Co. Ltd
Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1)(b) u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335) — Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat supplimentari — Possibbiltà li l-imsemmi ċertifikat jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ta’ tqegħid fis-suq, mogħtija skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/414/KEE — Sustanza attiva clothianidin
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fir-rigward ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li għandu awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq b’urġenza mogħtija abbażi tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/58/KE, tal-21 ta’ Settembru 2005.
(2)
L-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1610/96 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari tiġi ppreżentata qabel id-data ta’ meta l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jkun kiseb l-awtorizzazjoni għat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012
Full & Egal Universal Law Academy