7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Roma — l-Italja) — Martini SpA vs Ministero delle Attività Produttive
(Kawża C-211/12) (1)
(Agrikoltura - Sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni - Regolament (KE) Nru 1291/2000 - Artikolu 35(4)(ċ) - Garanziji kkostitwiti mat-talba għal ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni - Liċenzja ta’ importazzjoni - Preżentazzjoni tard tal-prova tal-użu tagħha - Sanzjoni - Kalkolu tal-ammont mitluf - Regolament (KE) Nru 958/2003 - Kwoti tat-tariffa)
2013/C 260/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Martini SpA
Konvenut: Ministero delle Attività Produttive
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte di Appello di Roma — Interpretazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, tad-9 ta’ Ġunju 2000, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 145) — Garanziji kkostitwiti mat-talba għal ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni — Determinazzjoni tal-ammont li għandu jintilef fir-rigward tal-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom il-prova dwar il-liċenzja ta’ esportazzjoni li tinkludi l-iffissar minn qabel tar-rifużjoni ma ġietx prodotta fit-terminu stabbilit.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1291/2000, tad-9 ta’ Ġunju 2000, tad-9 ta’ Ġunju 2000, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 325/2003, tal-20 ta’ Frar 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan tal-garanzija previst minn din id-dispożizzjoni huwa mhux biss li jiġi żgurat l-obbligu ta’ importazzjoni, iżda wkoll li l-prova tal-użu tal-liċenzja tkun ippreżentata f’ċertu terminu.
(2)
L-Artikolu 35(4)(ċ) tar-Regolament Nru 1291/2000, kif emendat bir-Regolament Nru 325/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ preżentazzjoni tard tal-prova tal-implementazzjoni korretta ta’ importazzjoni, l-ammont li għandu jibqa’ mitluf, skont il-kwantitajiet li għalihom il-prova ma tressqitx fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 35(4)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ rata ta’ garanzija li ġiet effettivament applikata fit-talba għall-ħruġ ta’ liċenzja jew taċ-ċertifikati li jirrigwardaw din l-importazzjoni. Għall-finijiet ta’ interpretazzjoni bħal din, huwa mingħajr effett li l-garanzija ġiet ikkostitwita fuq il-bażi ta’ rata ogħla minn dik applikabbli għall-importazzjonijiet oħra tal-istess tip ta’ prodott bħall-prodott importat, peress li dan tal-aħħar ġie eżentat mill-ħlasijiet ta’ dazju ta’ importazzjoni.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy