14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken — il-Ġermanja) — Lokman Emrek vs Vlado Sabranovic
(Kawża C-218/12) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 15(1)(ċ) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Possibbiltà li din il-ġurisdizzjoni tiġi limitata għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod - Rabta kawżali bejn l-attività kummerċjali jew professjonali diretta lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur permezz tal-internet u l-konklużjoni tal-kuntratt)
2013/C 367/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lokman Emrek
Konvenuta: Vlado Sabranovic
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Saarbrücken — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Sitwazzjoni li fiha imprenditur ikollu sit internet “dirett” lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu d-domiċilju tiegħu — Ħtieġa ta’ rabta kawżali bejn din l-attività u l-konklużjoni tal-kuntratt mill-konsumatur — Limitazzjoni eventwali tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi għal kuntratti li jsiru mill-bogħod
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn il-metodu użat sabiex l-attività kummerċjali jew professjonali tiġi diretta lejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur, jiġifieri sit internet, u l-konklużjoni ta’ kuntratt ma’ dan il-konsumatur. Madankollu, l-eżistenza ta’ tali rabta kawżali tikkostitwixxi indizju ta’ rabta tal-kuntratt ma’ tali attività.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy