3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/33
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz
(Kawża C-219/12) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 4(1) u (2) - Kunċett ta’ “attivitajiet ekonomiċi” - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Sfruttament ta’ installazzjoni fotovoltajka li tinsab fuq il-bejt ta’ dar użata bħala abitazzjoni - Provvista lin-netwerk - Remunerazzjoni - Produzzjoni tal-elettriku inqas mill-elettriku kkonsmat)
2013/C 225/56
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr
Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Linz
Fil-preżenza ta’: Thomas Fuchs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Installazzjoni fotovoltajka ta’ produzzjoni ta’ enerġija elettrika qrib abitazzjoni privata mingħajr impjant għall-ħażna — Bejgħ tal-enerġija prodotta lil kumpannija li tipprovdi lil din l-abitazzjoni l-enerġija li tirrikjedi — Produzzjoni ta’ enerġija inferjuri, fuq żmien twil, għall-konsum
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-isfruttament ta’ installazzjoni fotovoltajka li tinsab fuq jew qrib dar użata bħala abitazzjoni u li hija stabbilita b’tali mod li l-kwantità ta’ elettriku prodotta, minn naħa, hija dejjem inqas mill-kwantità totali ta’ elettriku kkonsmata b’mod privat mill-operatur tagħha u, min-naħa l-oħra, tiġi ttrasferita fin-netwerk inkambju għal dħul li jsir fuq bażi kontinwa, huwa koperta mill-kunċett ta’ “attivitajiet ekonomiċi”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012
Full & Egal Universal Law Academy