3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/34
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Magna) tat-28 ta’ Mejju 2013 — Abdulbasit Abdulrahim vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-239/12 P) (1)
(Appell - Politika barranija u ta’ siġurta komuni (PESK) - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitatajiet marbutin ma’ Osama bin Laden, man-netwerk Al-Qaida u mat-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati - Locus standi)
2013/C 225/57
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Abdulbasit Abdulrahim (rappreżentanti: P. Moser, QC u minn E. Grieves, barrister, b’mandat minn H. Miller, solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u G. Valero Jordana, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Frar 2012, Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-127/09) li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 269, p. 20) — Irtirar tal-persuna kkonċernata mil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati
Dispożittiv
(1)
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2012, Abdulrahim vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-127/09), huwa annullat sa fejn hija tiddeċiedi li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiemha minn Abdulbasit Abdulrahim.
(2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq ir-rikors għal annullament ta’ Abdulbasit Abdulrahim.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 200, 7.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy