20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Ellinika Nafpigeia AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-246/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni tal-bastimenti - Deċiżjoni li tiddikjara miżuri ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali - Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq intern)
2013/C 114/31
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE (rappreżentanti: I. Drosos u V. Karagiannis, dikigóroi)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012, Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni (T-391/08) li tiċħad rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3118 finali, tat-2 ta’ Lulju 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi favur Ellinika Nafpigeia (Hellenic Shipyards “HSY”), fil-kuntest tal-emendi fuq il-pjan ta’ investiment inizjali dwar ir-ristrutturazzjoni ta’ din it-tarzna [għajnuna mill-Istat C 16/2004 (ex NN29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005)].
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ellinika Nafpigeia AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 07.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy