8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut
(Kawża C-247/12) (1)
(Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 80/987/KEE - Direttiva 2002/74/KE - Direttiva 2008/94/KE - Artikoli 2 u 3 - Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti ta’ ħaddiema impjegati - Possibbiltà li tiġi limitata l-garanzija għall-krediti li jippreċedu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja - Effetti - Tkomplija tal-attivitajiet tal-persuna li timpjegac)
2013/C 164/11
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Meliha Veli Mustafa
Konvenut: Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217), kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 04 p. 261) — Obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu garanziji mhux biss għal krediti salarjali tal-ħaddiema li jeżistu fil-mument tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjeghom, iżda wkoll għall-krediti li jistgħu jiġu stabbiliti f’kull stadju tal-proċedura ta’ insolvenza
Dispożittiv
Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tobbligax lill-Istati Membri li jipprovdu garanziji għall-krediti tal-ħaddiema f’kull stadju tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjeghom. B’mod partikolari, hija ma tipprekludix li Stati Membri jipprovdu garanzija waħda għall-krediti tal-ħaddiema maħluqa qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja, anki jekk din id-deċiżjoni ma tordnax il-waqfien tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega.
(1) ĠU C 235, 04.08.2012
Full & Egal Universal Law Academy