23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/29
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles, il-Belġju) — Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop agissant fil-kwalità tagħhom ta’ kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA vs Banque Internationale à Luxembourg
(Kawża C-251/12) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċeduri ta’ insolvenza - Artikolu 24(1) - Eżekuzzjoni ta’ obbligu “għal benefiċċju ta’ debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment” - Ħlas lil kreditur ta’ dan id-debitur)
2013/C 344/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christian van Buggenhout u Ilse van de Mierop fil-kwalità tagħhom ta’ kuraturi tal-falliment ta’ Grontimmo SA
Konvenut: Banque Internationale à Luxembourg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Eżekuzzjoni ta’ ħlas magħmul lil kreditur mid-debitur fallut fuq talba ta’ dan tal-aħħar, fl-assenza ta’ proċeduri ta’ pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tat bidu għall-proċedura ta’ insolvenza fi Stat Membru ieħor — Ħelsien tal-aġent li qed jaġixxi in bona fide — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Kunċett ta’ “rispett ta’ obbligu lejn id-debitur” li jinkludi biss il-ħlas imwettaq favur id-debitur fallut jew ukoll fir-rigward tal-kredituri tiegħu
Dispożittiv
L-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni ħlas eżegwit, fuq ordni tad-debitur suġġett għal proċedura ta’ insolvenza, lil kreditur ta’ dan tal-aħħar.
(1) ĠU C 200, 7.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy