7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — Specsavers International Healthcare Ltd, Specsavers BV, Specsavers Optical Group Ltd, Specsavers Optical Superstores Ltd vs Asda Stores Ltd
(Kawża C-252/12) (1)
(Trade marks - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 9(1)(b) u (ċ), 15(1) u 51(1)(a) - Raġunijiet għal revoka - Kunċett ta’ “użu ġenwin” - Trade mark użata flimkien ma’ trade mark oħra jew bħala parti minn trade mark kumplessa - Kulur jew kombinazzjoni ta’ kuluri li fihom tintuża trade mark - Reputazzjoni)
2013/C 260/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Specsavers International Healthcare Ltd, Specsavers BV, Specsavers Optical Group Ltd, Specsavers Optical Superstores Ltd
Konvenuta: Asda Stores Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(1)(b) u (ċ), 15 u 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja — Kunċett “ta’ użu ġenwin” minn trade mark — Użu konġunt minn trade marks figurattivi u verbali rreġistrati b’mod separat — Trade mark irreġistrata mingħajr pretensjoni fuq il-kulur, iżda użata b’kulur partikolari sal-punt li, fost parti mill-pubbliku, inħolqot assoċjazzjoni bejn dak il-kulur u t-trade mark
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 15(1) u 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni ta’ “użu ġenwin”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, tista’ tiġi sodisfatta meta trade mark Komunitarja figurattiva tintuża biss flimkien ma’ trade mark verabli oħra li hija sovrappożizzjonata fuqha, u l-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ trade marks tkun, minbarra dan, hija nfisha rreġistrata bħala trade mark, sakemm id-differenzi bejn il-forma li biha tintuża t-trade mark u dik li fiha tkun irreġistrata din it-trade mark ma jibdlux il-karattru distintiv tal-imsemmija trade mark kif irreġistrata.
(2)
L-Artikolu 9(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta trade mark Komunitarja ma tkunx irreġistrata bil-kulur, iżda l-proprjetarju tagħha jkun għamel użu sostanzjali minnha b’kulur jew b’kombinazzjoni ta’ kuluri partikolari, b’mod li, għall-parti kbira mill-pubbliku, tali trade mark tkun ġiet assoċjata ma’ dan il-kulur jew ma’ din il-kombinazzjoni ta’ kuluri, il-kulur jew il-kuluri li juża terz sabiex jirrappreżenta s-sinjal akkużat li jikser l-imsemmija trade mark huma rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni jew tal-vantaġġ inġust fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(3)
L-Artikolu 9(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li t-terz li jagħmel użu minn sinjal akkużat li jikser it-trade mark irreġistrata jkun assoċjat, huwa nnifsu, għall-parti kbira mill-pubbliku, mal-kulur jew mal-kombinazzjoni ta’ kuluri partikolari li huwa juża biex jirrappreżenta dan is-sinjal huwa fattur rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u tal-vantaġġ inġust fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni
(1) ĠU C 227, 28.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy