3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/34
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Plovdiv — il-Bulgarija) — Teritorialna direktsia na NAP — Plovdiv vs RODOPI-M 91 OOD
(Kawża C-259/12) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Kontabbiltà u dikjarazzjoni tardivi tal-annullament ta’ fattura - Regolarizzazzjoni tan-nuqqas - Ħlas tat-taxxa - Baġit tal-Istat - Assenza ta’ dannu - Sanzjoni amministrattiva)
2013/C 225/58
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Plovdiv
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Teritorialna direktsia na NAP — Plovdiv
Konvenuta: RODOPI-M 91 OOD
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Plovdiv — Interpretazzjoni tal-Artikoli 242 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Sanzjoni amministrattiva imposta minħabba dikjarazzjoni tardiva tal-annullament ta’ fattura, anki jekk dan l-annullament kien ġie sussegwentement irreġistrat u l-persuna kkonċernata kienet ħallset it-taxxa li tirriżulta mill-fattura annullata mhux imniżżla fir-reġistru tal-bejgħ u fid-dikjarazzjoni tat-taxxa għall-perijodu fiskali — Sanzjoni pekunjarja ugwali għall-ammont totali tat-taxxa mhux imħallsa fil-ħin — Prinċipju ta’ newtralità fiskali
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jipprekludix lil awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru milli timponi fuq persuna taxxabbli, li ma tkunx issodisfat fil-ħin l-obbligu tagħha li tinkludi fil-kontabbiltà tagħha u li tiddikjara elementi li huma rilevanti għall-kalkolu tal-VAT li għaliha hija suġġetta, multa pekunjarja li tikkorrispondi għall-ammont ta’ din it-taxxa mhux imħallsa fil-ħin, fejn sussegwentement dan in-nuqqas ikun ġie rregolarizzat u t-taxxa kollha, bl-interessi, tkun ġiet imħallsa. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, fid-dawl tal-Artikoli 242 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, b’mod partikolari t-terminu li fih l-irregolarità hija rrettifikata, il-gravità ta’ din l-irregolarità u l-eżistenza eventwali ta’ frodi jew ta’ evitar tal-leġiżlazzjoni applikabbli imputabbli lill-persuna taxxabbli, l-ammont tas-sanzjoni jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-għanijiet li jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT u li tiġi evitata l-frodi.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012
Full & Egal Universal Law Academy