22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Association Vent De Colère! Fédération nationale et vs Ministre de l’écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l’Économie, des Finances et de l’Industrie
(Kawża C-262/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Elettriku li ġej mir-riħ - Obbligu ta’ xiri bi prezz ogħla għall-prezz tas-suq - Kumpens integrali - Kontribuzzjonijiet dovuti mill-konsumaturi finali tal-enerġija)
2014/C 52/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association Vent De Colère ! Fédération nationale, Alain Bruguier, Jean-Pierre Le Gorgeu, Marie-Christine Piot, Eric Errec, Didier Wirth, Daniel Steinbach, Sabine Servan-Schreiber, Philippe Rusch, Pierre Recher, Jean-Louis Moret, Didier Jocteur Monrozier
Konvenuti: Ministre de l’écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l’Économie, des Finances et de l’Industrie
fil-preżenza ta’: Syndicat des énergies renouvelables
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 87 KE, li sar l-Artikolu 107 TFUE — Kunċett ta’ intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Obbligu ta’ xiri ta’ elettriku ġġenerat mir-riħ bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq — Kumpens integrali għall-ispejjeż addizzjonali — Tibdil tal-mod ta’ finanzjament ta’ dan il-kumpens — Kontribuzzjonijiet dovuti mill-konsumaturi finali tal-elettriku.
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mekkaniżmu ta’ kumpens integrali tal-ispejjeż addizzjonali imposti fuq impriżi minħabba obbligu ta’ xiri ta’ elettriku li ġej mir-riħ bi prezz ogħla minn dak tas-suq li l-finanzjament tiegħu huwa sostnut mill-konsumaturi finali kollha tal-elettriku fit-territorju nazzjonali, bħal dak li jirriżulta mil-Liġi Nru 2000-108, tal-10 ta’ Frar 2000, dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz pubbliku tal-elettriku, kif emendat bil-Liġi Nru 2006-1537, tas-7 ta’ Diċembru 2006, dwar il-qasam tal-enerġija, jikkostitwixxi intervent permezz ta’ riżorsi tal-Istat.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy