22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres
(Kawża C-267/12) (1)
(Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Ftehim kollettiv li jirriżerva vantaġġ fil-qasam tar-remunerazzjoni u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol lill-impjegati li jiżżewġu - Esklużjoni tal-imsieħba li jikkonkludu patt ċivili ta’ solidarjetà - Diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali)
2014/C 52/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frédéric Hay
Konvenuta: Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Ammissibbiltà ta’ ftehim kollettiv nazzjonali li jirriżerva vantaġġ fil-qasam ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol lill-impjegati li jiżżewġu filwaqt li jeskludi minn dan il-vantaġġ lill-imsieħba li jikkonkludu patt ċivili ta’ solidarjetà — Diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali — Possibbiltà li d-diskriminazzjoni indiretta tkun iġġustifikata minn għan leġittimu, neċessarju u xieraq
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ħaddiem impjegat li jikkonkludi patt ċivili ta’ solidarjetà ma’ persuna tal-istess sess huwa eskluż mid-dritt li jikseb vantaġġi, bħal jiem ta’ leave speċjali u bonus salarjali, mogħtija lill-ħaddiema impjegati fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat ma tippermettix lill-persuni tal-istess sess jiżżewġu, sa fejn, fid-dawl tal-għan u tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-vantaġġi, dan jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ ħaddiem li jiżżewweġ.
(1) ĠU C 250, 18.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy