3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/35
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 — Guillermo Cañas vs Il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, ATP Tour, Inc.
(Kawża C-269/12 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Leġiżlazzjoni kontra d-doping - Klassifikazzjoni ta’ ilment ippreżentat quddiem il-Kummissjoni - Kunċett ta’ interess ġuridiku - Persistenza ta’ dan l-interess wara l-waqfien tal-attività professjonali)
2013/C 225/59
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Guillermo Cañas (rappreżentanti: Y. Bonnard u C. Aguet, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti), Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Cooper, solicitor, N. Chesaites, barrister), ATP Tour, Inc
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-26 ta’ Marzu 2012, Cañas vs Il-Kummissjoni (T-508/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7809, tat-12.10.2009, fil-Każ COMP/39.471, li ċaħdet, minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju, ilment li jikkonċerna ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, l-ATP Tour Inc. u l-Kunsill Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Isport (ICAS) — Kompetizzjoni — Leġiżlazzjoni kontra d-doping — Żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett tal-interess ġuridiku — Tmiem ta’ interess ġuridiku waqt proċeduri
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
G. Cañas huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
L-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 235, 4.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy