31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL
(Kawża C-273/12) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 206 - Tnissil ta’ dejn doganali - Serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali - Kunċett ta’ “telf għal kollox ta’ merkanzija bħala riżultat ta’ forza maġġuri” - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 71 - Taxxa fuq il-valur miżjud - Fatt taxxabbli - Eżiġibbiltà tat-taxxa)
2013/C 252/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières
Konvenuta: Harry Winston SARL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali — Serq ta’ merkanizja — Kunċett ta’ telf għal kollox ta’ merkanzija — Każ ta’ forza maġġuri — Tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni — Fatt li jiġġenera l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 203(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jikkostitwixxi tneħħija tal-imsemmija merkanzija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li jnissel dejn doganali għall-importazzjoni. L-Artikolu 206 tal-imsemmi regolament japplika biss fis-sitwazzjonijiet fejn dejn doganali jista’ jitnissel skont l-Artikoli 202 u 204(1)(a) tal-istess regolament.
(2)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jġib fis-seħħ il-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
(1) ĠU C 235, 04.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy