22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Telefónica SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-274/12 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Att li jikkonċernahom individwalment - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
2014/C 52/19
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Telefónica SA (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati, kif ukoll minn M. Núñez Müller, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012, Telefónica vs Il-Kummissjoni (T-228/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-ammortizzazzjoni fiskali tal-fond tal-kummerċ finanzjarju għall-akkwiżizzjoni ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) applikata għal Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Telefónica SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 227, 28.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy