14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln
(Kawża C-275/12) (1)
(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Ċittadin ta’ Stat Membru - Studji segwiti fi Stat Membru ieħor - Għajnuna għat-taħriġ - Kundizzjonijiet - Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn - Kisba ta’ diploma professjonali)
2013/C 367/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Samantha Elrick
Konvenut: Bezirksregierung Köln
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ (“BaföG”) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi dan il-benefiċċju għal taħriġ speċifiku, għal perijodu ta’ sena, ipprovdut fit-territorju nazzjonali, iżda li teskludih għal taħriġ paragunabbli fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ, lil ċittadina residenti f’dan l-Istat Membru, biex tistudja fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li dan it-taħriġ iwassal għal diploma professjonali ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn skola professjonali, li tinsab fl-Istat li jagħti l-benefiċċji, wara kors ta’ mill-inqas sentejn, minkejja li għajnuna kienet tingħata lill-persuna kkonċernata, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħha, kieku hija għażlet li twettaq f’dan l-Istat tal-aħħar taħriġ ekwivalenti għal dak li hija xtaqet issegwi fi Stat Membru ieħor, u ta’ tul ta’ inqas minn sentejn.
(1) ĠU C 250, 18.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy