22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc coop vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
(Kawża C-281/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “azzjoni qarrieqa” - Natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet elenkati mid-dispożizzjoni inkwistjoni)
2014/C 52/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc coop
Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Kunċett ta’ “azzjoni qarrieqa” — Natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet elenkati mid-dispożizzjoni inkwistjoni
Dispożittiv
Prattika kummerċjali għandha tiġi kklassifikata bħala “qarrieqa”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), meta din il-prattika, minn naħa, ikun fiha informazzjoni falza jew li tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, u min-naħa l-oħra, li l-imsemmija prattika tkun tista’ ġġiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni kummerċjali li kieku ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. L-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt dan il-kunċett tad-“deċiżjoni kummerċjali” kull deċiżjoni li għandha rabta diretta ma’ dik ta’ xiri jew le ta’ prodott.
(1) ĠU C 235, 04.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy