23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/30
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul — il-Portugall) — ITELCAR — Automóveis de Aluguer Lda vs Fazenda Pública
(Kawża C-282/12) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Interessi mħallsa minn kumpanniji residenti bi ħlas għall-fondi mislufa minn kumpannija stabbilita f’pajjiż terz - Eżistenza ta’ “relazzjonijiet speċjali” bejn dawn il-kumpanniji - Skema ta’ nuqqas ta’ finanzjament - Nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis tal-interessi marbuta mal-parti mid-dejn ikkunsidrata eċċessiva - Possibbiltà ta’ tnaqqis fil-każ ta’ interessi mħallsa lil kumpannija residenti fit-territorju nazzjonali - Frodi u evażjoni fiskali - Arranġamenti purament artifiċjali - Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni sħiħa - Proporzjonalità)
2013/C 344/51
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Sul
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ITELCAR — Automóveis de Aluguer Lda
Konvenuta: Fazenda Pública
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Central Administrativo Sul — Il-Portugall — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Possibbiltà ta’ tnaqqis tal-interessi fuq is-self — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà ta’ tnaqqis fil-każ ta’ dejn eċċessiv għal kumpannija stabbilita fit-territorju nazzjonali iżda li teskludih fil-każ ta’ dejn eċċessiv għal kumpannija stabbilita f’pajjiż terz
Dispożittiv
L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix li jitnaqqas bħala nfiq, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli, l-interessi marbuta mal-parti tad-dejn ikklassifikata bħala eċċessiva mħallsa minn kumpannija residenti lil kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz li magħha hija għandha relazzjonijiet speċjali, iżda tippermetti t-tnaqqis ta’ dawn l-interessi mħallsa lil kumpannija residenti li tislef li magħha l-kumpannija li tissellef għandha dawn ir-relazzjonijiet, meta, f’każ ta’ assenza tas-sehem tal-kumpannija li tislef stabbilita f’pajjiż terz fil-kapital tal-kumpannija residenti li tissellef, din il-leġiżlazzjoni tippreżumi madankollu li d-dejn kollu ta’ din tal-aħħar jifforma parti minn arranġament intiż sabiex jevadi t-taxxa normalment dovuta jew meta l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat minn qabel u bi preċiżjoni suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
(1) ĠU C 250, 18.8.2012
Full & Egal Universal Law Academy