29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — il-Belġju) — Aboubacar Diakite vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides
(Kawża C-285/12) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(ċ) - Theddid serju u individwali kontra l-ħajja jew il-persuna ta’ pajżan minħabba vjolenza mingħajr distinzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat - Kunċett ta’ “kunflitt armat intern” - Interpretazzjoni awtonoma meta pparagunata mad-dritt internazzjonali umanitarju - Kriterji ta’ evalwazzjoni)
2014/C 93/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aboubacar Diakite
Konvenuta: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Conseil d'État (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 19, Vol. 7, p. 96) — Rifjut ta’ għoti tal-istatus ta’ refuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja — Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja — Kunċett ta’ “kunflitt armat intern” — Interpretazzjoni awtonoma speċifika jew ammissibbiltà ta’ interpretazzjoni li hija skont id-dritt internazzjonali umanitarju — Kriterji ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ kunflitt armat intern għandha tiġi aċċettata, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-forzi regolari ta’ Stat jikkonfrontaw grupp armat wieħed jew iktar jew meta tnejn jew diversi gruppi armati jikkonfrontaw lil xulxin, mingħajr ma jkun neċessarju li dan il-kunflitt jista’ jiġi kklassifikat bħala kunflitt armat li ma jippreżentax natura internazzjonali fis-sens tad-dritt internazzjonali umanitarju u mingħajr ma l-intensità tal-konfrontazzjonijiet armati, il-livell ta’ organizzazzjoni tal-forzi armati preżenti jew it-tul tal-kunflitt jiġi suġġett għal evalwazzjoni differenti minn dik tal-livell ta’ vjolenza preżenti fit-territorju kkonċernat.
(1) ĠU C 235, 04.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy