1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli — l-Italja) — Oreste Della Rocca vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-290/12) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas konkluż minn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 2 - Kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim qafas - Aġenzija ta’ xogħol temporanju - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema temporanji għal impriża li tirrikorri għas-servizzi ta’ ħaddiema temporanji - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi)
2013/C 156/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Oreste Della Rocca
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli — Interpretazzjoni tal-Klawżoli 2 u 5 tal-Ftehim qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1990/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [dwar ix-xogħol għal żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Kamp ta’ applikazzjoni — Applikabbiltà tad-Direttiva għall-aġenziji ta’ xogħol temporanju — Possibbiltà għal dawn l-aġenziji li jikkonkludu kuntratti suċċessivi għal żmien determinat mal-ħaddiema temporanji minħabba ċirkustanzi li jiġġustifikaw in-natura temporanja tar-relazzjoni ta’ xogħol bejn il-ħaddiem temporanju u l-impriża li tirrikorri għas-servizzi tiegħu
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [dwar ix-xogħol għal żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, u l-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [dwar ix-xogħol għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u li jinsab fl-Anness ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li la japplikaw għar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat bejn ħaddiem temporanju u aġenzija ta’ xogħol temporanju u lanqas għar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat bejn tali ħaddiem u impriża li tirrikorri għas-servizzi ta’ ħaddiema temporanji.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy