29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-296/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ tfaddil għall-pensjoni - Tnaqqis ta’ taxxa applikabbli biss għall-ħlasijiet lil istituzzjonijiet jew lil fondi stabbiliti fl-istess Stat Membru - Koerenza tas-sistema fiskali - Effikaċja tal-kontrolli fiskali)
2014/C 93/10
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 u 63 TFUE — Pagamenti għal tfaddil għall-pensjoni — Tnaqqis ta’ taxxa — Pagamenti definittivi fil-Belġju
Dispożittiv
(1)
Billi adotta u żamm it-tnaqqis ta’ taxxa għall-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ tfaddil għall-pensjoni sa fejn dan japplika biss għall-ħlasijiet lil istituzzjonijiet jew lil fondi stabbiliti fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 56 TFUE.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 08.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy