8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Minister van Financiën
(Kawża C-302/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 43 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata - Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru)
2014/C 39/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent(i): X
Konvenut: Minister van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni matul l-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk nazzjonali tat-toroq — Taxxa dovuta minn persuna li tirrisjedi f’żewġ Stati Membri, inkluż l-Istat Membru inkwistjoni, u li juża l-vettura fit-tul — Vettura reġistrata fl-Istat Membru l-ieħor — Eżerċizzju ta’ kompetenzi fiskali miż-żewġ Stati Membri
Dispożittiv
L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għal taxxa, meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa minħabba r-reġistrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura tkun intiża sabiex essenzjalment u effettivament tintuża fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri jew tkun, fil-fatt, użata b’dan il-mod, sakemm din it-taxxa ma tkunx diskriminatorja.
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy