11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — l-Italja) — Giuseppa Romeo vs Regione Siciliana
(Kawża C-313/12) (1)
(Proċedura amministrattiva nazzjonali - Sitwazzjoni purament interna - Atti amministrattivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà li jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv - Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikoli 296 TFUE u 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2014/C 9/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Giuseppa Romeo
Konvenuta: Regione Siciliana
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte dei Conti (Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-amministrazzjoni pubblika, li ma timmotivax l-atti tagħha f’ċerti ċirkustanzi jew li tirrimedja n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ att amministrattiv matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra l-imsemmi att — Dritt nazzjonali li jirreferi għad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu rregolati sitwazzjonijiet purament interni — Possibbiltà, għall-qorti nazzjonali, li tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt nazzjonali b’mod differenti mill-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja
Dispożittiv
(1)
L-ewwel domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012, hija inammissibbli.
(2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi t-tieni u t-tielet domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana, permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy