23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/33
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Svea hovrätt — l-Isvezja) — proċeduri kriminali kontra Daniel Lundberg
(Kawża C-317/12) (1)
(Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Obbbligu tal-użu ta’ takografu - Derogi għat-trasport ta’ merkanzija għal finijiet mhux kummerċjali - Kunċett - Trasport imwettaq minn persuna privata fil-kuntest tal-attività ta’ rikreazzjoni tagħha bħala pilota tal-karozzi tat-tlielaq tar-rally tad-dilettanti, parzjalment iffinanzjata permezz ta’ sussidji ta’ terzi)
2013/C 344/56
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Daniel Lundberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Svea Hovrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227) u tal-Artikolu 3(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1) — Deroga għall-obbligu ta’ installazzjoni u ta’ użu ta’ takografu abbord il-vetturi b’massa inqas minn 7.5 tunnellati — Trasport mhux kummerċjali ta’ merkanzija — Trasport ta’ merkanzija magħmul minn persuna privata fil-kuntest tal-attività ta’ rikreazzjoni tagħha bħala pilota tal-karozzi tat-tlielaq tar-rally tad-dilettanti, parzjalment iffinanzjata minn sussidji (sponsorships) ta’ persuni privati jew impriżi.
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “trasport mhux kummerċjali ta’ merkanzija”, inkluż fl-Artikolu 3(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi t-trasport ta’ merkanzija mwettaq minn individwu f’ismu proprju u unikament fil-kuntest ta’ attività ta’ rikreazzjoni, meta din tal-aħħar tkun iffinanzjata parzjalment minn sussidji ta’ terzi u meta tali trasport ma jagħti lok għal ebda remunerazzjoni.
(1) ĠU C 258, 25.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy