3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/36
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-27 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd vs Ankenævnet for Patenter og Varemærker
(Kawża C-320/12) (1)
(Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 4(4)(g) - Trade marks - Kundizzjonijiet ta’ kisba u ta’ żamma ta’ trade mark - Rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità - Kunċett ta’ “mala fede” tal-applikant - Għarfien mill-applikant tal-eżistenza ta’ trade mark barranija)
2013/C 225/62
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd
Konvenut: Ankenævnet for Patenter og Varemærker
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25) — Reġistrazzjoni rrifjutata jew invalidità ta’ trade mark — Kunċett ta’ mala fide — Applikant li kellu għarfien jew imissu kellu għarfien ta’ trade mark barranija meta ppreżenta l-applikazzjoni għal trade mark — Annullament tar-reġistrazzjoni ta’ flixkun tal-ħalib tal-plastik bħala trade mark minħabba l-fatt li l-applikant, meta ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal trade mark, kellu għarfien tat-trade mark preċedenti li tixxiebah użata barra mill-pajjiż minn kumpannija kompetitriċi
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “mala fede”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fl-Unjoni Ewropea.
(2)
L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-mala fide tal-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għall-każ inkwistjoni u eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Il-fatt li l-awtur ta’ din l-applikazzjoni kellu għarfien jew messu kellu għarfien li terz juża trade mark barra mill-pajjiż fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu li tista’ tiġi konfuża mat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jistabbilixxi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il-mala fide tal-awtur tal-imsemmija applikazzjoni.
(3)
L-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni partikolari ta’ trade marks barranin li hija distinta minn dik stabbilita b’din id-dispożizzjoni u li hija bbażata fuq il-fatt li l-awtur tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark kellu għarfien jew messu kellu għarfien ta’ trade mark barranija.
(1) ĠU C 258, 25.8.2012
Full & Egal Universal Law Academy