23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/33
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — F. van der Helder, D. Farrington vs College voor zorgverzekeringen
(Kawża C-321/12) (1)
(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 28(2)(b) - Benefiċċji tal-assigurazzjoni għall-mard - Intitolament għall-pensjoni tax-xjuħija f’diversi Stati Membri - Residenza fi Stat Membru ieħor - Għoti ta’ benefiċċji in natura fl-Istat ta’ residenza - Oneru tal-ħlas tal-benefiċċji - “Leġiżlazzjoni” ta’ Stat Membru li kien suġġett għaliha l-pensjonant għall-itwal żmien - Kunċett)
2013/C 344/57
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F. van der Helder, D. Farrington
Konvenuta: College voor zorgverzekeringen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 28(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Assigurazzjoni għall-mard — Benefiċċji għall-persuni li jirċievu pensjoni jew dħul residenti fi Stat Membru differenti minn dak tal-istituzzjoni kompetenti — Benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li tkun kopriet għall-iktar żmien lill-persuna li tirċievi pensjoni — Kunċett ta’ “leġiżlazzjoni li tkun kopriet għall-iktar żmien lill-persuna li tirċievi pensjoni”
Dispożittiv
L-Artikolu 28(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“leġiżlazzjoni” li kien suġġett għaliha l-benefiċjarju għall-itwal żmien, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, hija dik dwar il-pensjonijiet.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy