23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/34
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — L-Istat Belġjan vs GIMLE SA
(Kawża C-322/12) (1)
(Ir-raba’ Direttiva 78/660/KEE - Artikolu 2(3) - Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta - Artikolu 2(5) - Obbligu ta’ deroga - Artikolu 32 - Metodu ta’ valutazzjoni abbażi tal-prezz storiku - Prezz tal-akkwist manifestament inferjuri għall-valur reali)
2013/C 344/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L-Istat Belġjan
Konvenuta: GIMLE SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal- Artikolu 2(3), (4) u (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21) — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta — Prezz tax-xiri ta’ proprjetà li ma jikkorrispondix għall-valur attwali tagħha u li jagħti stampa distorta tal-patrimonju tal-kumpannija — Obbligu ta’ deroga mill-prinċipju li l-assi jitniżżlu fil-kontijiet bil-prezz tax-xiri u li jiġu immedjatament irrikonoxxuti bil-valur tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stabbilit fl-Artikolu 2(3) sa (5) tar-raba’ Direttiva tal-Kunsill Nru 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju tal-1978, ibbażata fuq l-Artikolu (44(2)(ġ) KE) dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ma jippermettix li ssir deroga mill-prinċipju ta’ valutazzjoni tal-assi abbażi tal-prezz tal-akkwist tagħhom jew tal-ispiża tal-produzzjoni tagħhom, inkluż fl-Artikolu 32 tal-imsemmija direttiva, favur valutazzjoni abbażi tal-valur reali tagħhom, meta l-prezz tal-akkwist jew l-ispiża tal-produzzjoni tal-imsemmija assi tkun manifestament inferjuri għall-valur reali.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy