29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas- 6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — E. ON Global Commodities SE, li kienet E.On Energy Trading SE vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București — Serviciul de administrare a contribuabililor nerezidenți
(Kawża C-323/12) (1)
(Direttiva 79/1072/KEE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Persuni taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor - Modalitajiet ta’ rimbors tal-VAT - Persuni taxxabbli li jaħtru rappreżentant fiskali skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ qabel l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea - Esklużjoni - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tal-pajjiż” - Kundizzjoni ta’ assenza ta’ stabbiliment - Kundizzjoni ta’ assenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew ta’ provvista ta’ servizzi - Kunsinni ta’ elettriku lil negozjanti taxxabbli - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 171)
2014/C 93/11
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E. ON Global Commodities SE, li kienet E.On Energy Trading SE
Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București — Serviciul de administrare a contribuabililor nerezidenți
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Appel Bucuresti — Interpretazzzjoni tal-Artikoli 1, 3, 4 u 6 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) — Rimbors tal-VAT fi Stat Membru lill-persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jkunu ħatru, fl-ewwel Stat, rappreżentant tat-taxxa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni — Kundizzjoni tan-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-persuna taxxabbli fl-Istat Membru kkonċernat għar-rimbors — Kunċett ta’ kundizzjoni supplimentari fir-rigward tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 79/1072/KEE — Kompatibbiltà fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-istess direttiva — Effett dirett tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 79/1072/KEE
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, moqrija flimkien mal-Artikoli 38, 171 u 195 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli stabbilta fi Stat Membru u li tkun wettqet provvisti ta’ elettriku lill-negozjanti taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor għandha d-dritt li tinvoka t-Tmien Direttiva 79/1072 f’dan it-tieni Stat bil-għan li tikseb rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa. Dan id-dritt ma huwiex eskluż mill-fatt innifsu li jkun inħatar rappreżentant fiskali identifikat għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’dan l-aħħar Stat Membru.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy