22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Ministero dello Sviluppo Economico, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture vs Soa Nazionale Costruttori — Organismo di Attestazione Spa
(Kawża C-327/12) (1)
(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE - Impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi - Impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kunċetti - Korpi inkarigati sabiex jivverifikaw u jiċċertifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi mill-impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi - Kwalità tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni)
2014/C 52/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dello Sviluppo Economico, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
Konvenuta: Soa Nazionale Costruttori — Organismo di Attestazione Spa
fil-preżenza ta’: Associazione nazionale Società Organismi di Attestazione (Unionsoa), SOA CQOP SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 101, 102 u 106 TFUE — Kunċetti ta’ “impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom [l-Istati Membri] jagħtu drittijiet speċjali jew esklusivi”, u ta’ “impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali” — Korpi inkarigati milli jivverifikaw u jiċċertifikaw l-osservanza ta’ kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi mill-impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tariffi minimi fuq dawn il-korpi
Dispożittiv
L-Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li timponi fuq il-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni (Società Organismi di Attestazione) sistema ta’ tariffi minimi għas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni offruti lill-impriżi li jixtiequ jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi.
Tali leġiżlazzjoni nazzjonali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 49 TFUE, iżda hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-protezzjoni tad-destinatarji tal-imsemmija servizzi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-mod ta’ kif jiġu kkalkulati t-tariffi minimi, speċjalment skont in-numru ta’ kategoriji ta’ xogħlijiet li għalihom jinħareġ iċ-ċertifikat, l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy