15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-335/12) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Stokkijiet żejda ta’ zokkor mhux esportati))
2014/C 315/04
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Caeiros, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Gomes, P. Rocha u A. Cunha, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi r-Repubblika Portugiża rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ammont ta’ EUR 7 85 078,50 li jikkorrispondi għal dazji relatati mal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux esportati wara l-adeżjoni tagħha mal-Komunità Ewropea, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 KE, l-Artikolu 254 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-adattamenti fit-Trattati, l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom, tas-7 ta’ Mejju 1985, dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità, l-Artikoli 4, 7 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 579/86, tat-28 ta’ Frar 1986, li jistabbilixxi r-regoli relatati mal-istokkijiet ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor li jirriżultaw fl-1 ta’ Marzu 1986 fi Spanja u fil-Portugall, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3332/86, tal-31 ta’ Ottubru 1986, u l-Artikoli 2, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 06.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy