3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/38
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-345/12) (1)
(Nuqqas li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/91/KE - Prestazzjoni tal-enerġija tal-bini - Artikoli 7(1) u (2), 9, 10 u 15(1) - Traspożizzjoni inkorretta - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt - Direttiva 2010/31/UE - Artikolu 29)
2013/C 225/64
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Hermann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent assistat minn A. De Stefano, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma mal-Artikoli 7(1) u (2), u 10 kif ukoll mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol 2, p. 168), moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, p. 13)
Dispożittiv
(1)
Meta ma pprevediex l-obbligu li jingħata ċertifikat dwar il-prestazzjoni tal-enerġija fil-każ ta’ bejgħ jew ta’ lokazzjoni ta’ immobbli skont l-Artikoli 7(1) u (2), u 10 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u meta naqsrt milli tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/91, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li għandha taħt l-Artikoli 7(1) u (2) u 10 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll l-Artikolu 15(1) tal-istess direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundananta għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy