1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Sophie in ’t Veld
(Kawża C-350/12 P) (1)
((Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u Artikolu 4(6) - Parir tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-ftuħ tan-negozjati bl-għan li jiġi konkluż ftehim internazzjonali - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess - Protezzjoni tal-interess pubbliku għal dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali - Protezzjoni tal-pariri legali - Deċiżjoni ta’ rifjut parzjali għal aċċess))
2014/C 292/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Berman, B. Driessen u C. Fekete, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Sophie in ’t Veld (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Blockx, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti Sophie in ’t Veld: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 303, 06.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy