23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/35
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-353/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur Ixfin SpA - Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Irkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
2013/C 344/60
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, B. Stromsky u S. Thomas, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, E. De Giovanni, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8123, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C-59/07 mogħtija mill-Italja fir-rigward ta’ Ixfin SpA (ĠU L167, p. 39) — Obbligu li jirkupra minnufih l-għajnuna iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u li jinforma lill-Kummissjoni b’dan — Impriża falluta — Assenza ta’ impossibbiltà assoluta ta’ implementazzjoni
Dispożittiv
(1)
Peress li ma ttieħdux, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata mingħand Ixfin SpA l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/359/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C-59/07 (ex N 127/06 u NN 13/06) mogħtija mill-Italja fir-rigward ta’ Ixfin SpA, u peress li ma kkomunikatx dan lill-Kummissjoni Ewropea, fit- terminu impost, l-informazzjoni mniżżla fl-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Taljana naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE kif ukoll taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy