4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Wolfgang Glatzel vs Freistaat Bayern
(Kawża C-356/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Anness III, punt 6.4 - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 20, 21(1) u 26 - Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni diżabbli - Liċenzja tas-sewqan - Kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura bil-mutur - Regoli minimi - Akutezza viżiva - Ugwaljanza fit-trattament - Assenza ta’ possibbiltà ta’ deroga - Proporzjonalità))
2014/C 253/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wolfgang Glatzel
Konvenuta: Freistaat Bayern
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – Validità tal-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/126/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, p. 18), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE, tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, p. 31) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Regoli minimi li jikkonċernaw il-kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura bil-mutur tal-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D 1 u D1E – Preskrizzjoni ta’ akutezza viżiva, b’korrezzjoni ottika jekk ikun hemm bżonn, ta’ mill-inqas 0,1 fl-agħar għajn
Dispożittiv
L-evalwazzjoni tal-kwistjoni ma weriet ebda element ta’ natura li taffettwa l-validità tal-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE, tal-25 ta’ Awwissu 2009, fir-rigward tal-Artikoli 20, 21(1) jew 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy