15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici vs Comune di Milano
(Kawża C-358/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Kuntratti li ma jilħqux il-limitu massimu previst mid-Direttiva 2004/18/KE - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Kundizzjonijiet għall-esklużjoni minn proċedura ta’ għoti - Kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-offerent - Obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Kunċett “ta’ ksur serju” - Differenza bejn is-somom dovuti u s-somom imħallsa ta’ iktar minn EUR 100 u ta’ iktar minn 5 % tas-somom dovuti))
2014/C 315/05
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici
Konvenut: Comune di Milano
fil-preżenza ta’: Pascolo Srl
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ inqas mil-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jeskludu mill-proċedura ta’ għoti ta’ tali kuntratt lil offerent responsabbli għal ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jekk id-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa tkun ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012
Full & Egal Universal Law Academy