22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom — ir-Renju Unit) — Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-362/12) (1)
(Protezzjoni ġudizzjarja - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Rimedji ġudizzjarji - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni tar-rimedji ġudizzjarji applikabbli mingħajr avviż minn qabel u b’mod retroattiv)
2014/C 52/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Test Claimants in the Franked Investment Income Group Litigation
Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court of the United Kingdom — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE — Taxxi nazzjonali li jmorru kontra d-dritt Komunitarju — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament — Koeżistenza, fid-dritt nazzjonali, ta’ żewġ rimedji alternattivi disponibbli għall-persuni taxxabbli sabiex jitolbu r-rimbors ta’ somom dovuti, fejn wieħed għandu terminu għall-preżentata ta’ rikors itwal mill-ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas, b’effett retroattiv u mingħajr avviż minn qabel, l-itwal terminu — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Dispożittiv
(1)
F’sitwazzjoni fejn il-persuni taxxabbli, skont id-dritt nazzjonali, ikunu jistgħu jagħżlu bejn żewġ rimedji ġudizzjarji possibbli għall-ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, fejn wieħed minn dawn ir-rimedji jkollu terminu ta’ preskrizzjoni itwal, il-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali tnaqqas dan it-terminu ta’ preskrizzjoni mingħajr avviż minn qabel u b’mod retroattiv.
(2)
Ma huwiex rilevanti għar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda l-fatt li, fil-mument li fih il-persuna taxxabbli ressqet l-azzjoni tagħha, il-possibbiltà li jintuża r-rimedju ġudizzjarju li joffri t-terminu ta’ preskrizzjoni itwal kienet ġiet irrikonoxxuta biss reċentement minn qorti inferjuri u li din il-possibbiltà kienet ikkonfermata biss sussegwentement mill-ogħla awtorità ġudizzjarja.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy