5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund gGmbH
(Kawża C-366/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(b) - Provvista ta’ oġġetti - Provvista ta’ mediċini ċitostatiċi għat-trattament ta’ “out-patients” - Provvisti mogħtija minn persuni taxxabbli differenti - Artikolu 13A(1)(ċ) - Provvista ta’ kura medika - Mediċini preskritti minn tabib li jeżerċita f’kapaċità indipendenti fl-isptar - Tranżazzjonijiet relatati mill-viċin - Provvisti anċillari għall-provvista ta’ kura medika - Tranżazzjonijiet fiżikament u ekonomikament inseparabbli))
2014/C 135/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Dortmund-West
Konvenuta: Klinikum Dortmund gGmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet relatati mill-viċin mas-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar u ta’ kura medika – Tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva – Tranżazzjoni li ssir minn persuna taxxabbli li ma hijiex dik li tipprovdi s-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar jew kura medika – Tranżazzjoni relatata mill-viċin mal-kura medika li ma hijiex eżenti
Dispożittiv
Provvista ta’ oġġetti, bħalma huma l-mediċini ċitostatiċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, preskritti għal trattament “out-patient” kontra l-kanċer minn tobba li jeżerċitaw f’kapaċità indipendenti fi sptar, ma tistax tiġi eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2005, sakemm din il-provvista ma tkunx fiżikament u ekonomikament inseparabbli mill-provvista ta’ kura medika prinċipali, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy