26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas-27 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — L-Irlanda) — Thomas Pringle vs Government of Ireland, Ireland and the Attorney General
(Kawża C-370/12) (1)
(Mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro - Deċiżjoni 2011/199/UE - Emenda tal-Artikolu 136 TFUE - Validità - Artikolu 48(6) TUE - Proċedura ta’ reviżjoni ssemplifikata - Trattat MES - Politika ekonomika u monetarja - Kompetenza tal-Istati Membri)
2013/C 26/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Thomas Pringle
Konvenut: Government of Ireland, Ireland and the Attorney General
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 91, p. 1) — Kompetenzi tal-Unjoni — Dritt ta’ Stat Membru li jappartjeni għaż-żona tal-euro sabiex jilħaq ftehim internazzjonali bħat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà
Dispożittiv
(1)
L-eżami ta’ din id-domanda ma rrivela ebda fattur li jista’ jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE, tal-25 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
(2)
L-Artikoli 4(3) TUE, 13 TUE, 2(3) TFUE, 3(1)(ċ) u (2) TFUE, 119 TFUE sa 123 TFUE u 125 TFUE sa 127 TFUE kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva la jipprekludu l-konklużjoni ta’ ftehim bħat-Trattat li jistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portuġiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja, konkluż fi Brussell fit-2 ta’ Frar 2012, u lanqas ir-ratifika ta’ dan it-trattat minn dawn l-Istati Membri.
(3)
Id-dritt ta’ Stat Membru li jikkonkludi u jirratifika dan it-trattat ma huwiex suġġett għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2011/199.
(1) ĠU C 303, 6.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy