22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Enrico Petillo, Carlo Petillo vs Unipol
(Kawża C-371/12) (1)
(Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabblità ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KEE - Inċident tat-traffiku - Dannu mhux materjali - Kumpens - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu metodi ta’ kalkolu relattivi għall-inċidenti tat-traffiku, inqas favorevoli għall-vittmi minn dawk previsti mis-sistema komuni tar-responsabbiltà ċivili - Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi)
2014/C 85/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enrico Petillo, Carlo Petillo
Konvenuta: Unipol
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249), u 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11) — Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-karozzi — Determinazzjoni tad-danni neċessarjament koperti mill-assigurazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, fil-każ ta’ inċident stradali, għal ammont ta’ kumpens għad-danni morali inqas mill-ammont previst mis-sistema komuni tad-dritt ċivili
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikolu 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal sistema partikolari ta’ kumpens għad-danni mhux materjali li jirriżultaw minn feriti ta’ natura ħafifa kkważati mill-inċidenti tat-traffiku li jillimitaw il-kumpens għal dawn id-danni meta mqabbel ma’ dak li huwa ammess fil-qasam tal-kumpens ta’ danni identiċi li jirriżultaw minn inċidenti li ma humiex inċidenti tat-traffiku.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012
Full & Egal Universal Law Academy