24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Valimar” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
(Kawża C-374/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 2(8) u (9), u 11(2), (3), (9) u (10) - Reviżjoni interim - Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri antidumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007 - Determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-bejgħ lil pajjiżi terzi - Affidabbiltà tal-prezzijiet tal-esportazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-garanziji fuq il-prezzijiet - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizjali))
2014/C 421/02
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Valimar” OOD
Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi magħmula ma żvela ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007, tat-30 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012
Full & Egal Universal Law Academy