25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-377/12) (1)
((Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2012/272/UE tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Filippini - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 79 TFUE, 91 TFUE, 100 TFUE, 191 TFUE u 209 TFUE - Ammissjoni mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Trasport - Ambjent - Kooperazzjoni fl-iżvilupp))
2014/C 282/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, G. Valero Jordana u F. Erlbacher, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u J.-P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u E. Ruffer, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u N. Graf Vitzthum, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon u M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn A. Carroll, barrister), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala u G. Papagianni, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn A. Robinson, sussegwentement minn E. Jenkinson u M. Holt, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/272/UE, tal-14 ta’ Mejju 2012, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, hija annullata sa fejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea żied fiha l-bażijiet legali li jirrigwardaw l-ammissjoni mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, it-trasport u l-ambjent.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 319, 20.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy