22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — ir-Renju Unit) — Nnamdi Onuekwere vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-378/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16(2) u (3) - Dritt ta’ residenza permanenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ priġunerija ta’ dawn iċ-ċittadini)
2014/C 85/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nnamdi Onuekwere
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 5, p. 46) — Dritt ta’ residenza permanenti — Kunċett ta’ residenza legali matul perijodu ta’ ħames snin fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Possibbiltà ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodu ta’ priġunerija
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ priġunerija fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru matul dawn il-perijodi, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba, minn dan iċ-ċittadin, tad-dritt ta’ residenza permanenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(2)
L-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontinwità tar-residenza hija interrotta minn perijodi ta’ priġunerija fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun kiseb id-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru matul dawn il-perijodi.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy