29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék — l-Ungarija) — Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-385/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi diretti - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi taxxa speċjali fuq id-dħul mill-bejgħ magħmul mill-attività ta’ bejgħ bl-imnut fi ħwienet - Ktajjen ta’ ħwienet ta’ distribuzzjoni mifruxa - Eżistenza ta’ effett diskriminatorju - Diskriminazzjoni indiretta)
2014/C 93/15
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Székesfehérvári Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Székesfehérvári Törvényszék — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 TFUE, 26 TFUE, 49 TFUE, 54 TFUE, 55 TFUE, 56 TFUE, 63 TFUE, 65 TFUE u 110 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi taxxa speċjali intiża għas-setturi ta’ bejgħ bl-imnut fil-ħwienet — Taxxa progressiva kkalkolata fuq id-dħul mill-bejgħ nett magħmul — Rata bażika ta’ taxxa li effettivament taffettwa l-iktar lill-impriżi li jbiegħu l-ikel bl-imnut miżmuma mill-barranin milli milli dawk miżmuma minn ċittadini nazzjonali
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ magħmul mill-bejgħ bl-imnut fi ħwienet, li tobbliga lill-persuni taxxabbli li jikkostitwixxu, fi ħdan grupp ta’ kumpanniji, “impriżi marbuta”, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, li jgħoddu flimkien id-dħul mill-bejgħ tagħhom sabiex tiġi applikata rata progressiva ħafna, u li sussegwentement jaqsmu l-ammont tat-taxxa hekk miksub bejniethom bi prorata skont id-dħul mill-bejgħ reli tagħhom, meta — u dan huwa fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju — il-persuni taxxabbli li jiffurmaw parti minn grupp ta’ kumpanniji u li jaqgħu taħt l-ogħla parti tat-taxxa speċjali huma “marbuta”, fil-parti l-kbira tal-każijiet, ma kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy